Irridu ngħixu f’darna bla biża’

Irridu ngħixu f’darna bla biża’

Started
March 4, 2020
Petition to
Maltese Citizens
Victory
This petition made change with 5,770 supporters!

Why this petition matters

Started by Newsbook Malta

Aħna hawn taħt iffirmati nixtiequ nuru r-rabja u s-sogħba kbira tagħna għall-qtil ta’ mara oħra riżultat tal-inkompetenza tal-awtoritajiet tal-istat Malti li mhux qed iħarsu lilna ċ-ċittadini mir-regħba tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Aħna ninsistu li l-familja Pace, il-vittma ta’ din it-traġedja, tingħata mill-istat kull għajnuna, inkluż finanzjarja, li għandha bżonn.

Aħna ninsistu li kull familja, li fix-xhur li għaddew sofriet diżgrazzji simili tingħata wkoll kull għajnuna.

Aħna ninsistu li l-proċess ġudizzjarju jimxi b’pass mgħaġġel biex kull min hu responsabbli jieħu li ħaqqu. Mhux aċċettabbli li f’dan il-każ jiġri kif ġara f’San Pawl il-Baħar. Fl-2004 żewġ nisa nqatlu meta ġġarraf bini, u sal-lum, 16-il sena wara, għadha ma saritx ġustizzja peress li l-proċess tal-Qorti għadu mirdum.

Aħna ninsistu li l-istat, bħala sinjal ta’ rispett lejn il-familja u determinazzjoni li tinbidel is-sitwazzjoni, jiddikjara ġurnata bħala Jum ta’ Luttu Nazzjonali.

Aħna lkoll nemmnu li jistħoqqilna aħjar.

Lill-Istat ngħidulu: Issa daqshekk.

(Dan mhux appell għall-fondi u ħadd m’għandu jibgħat flus fuq din il-petizzjoni.)

 

English

We really want to be ‘safe as houses’

We, the undersigned, are expressing our rage and sadness following yet another death caused by the incompetence of state authorities in Malta. These state authorities are not safeguarding the citizens from the rapacious gred of the construction industry.

We insist that the Pace family, the victim in this tragedy, is given all the help it needs by the State, including financial help.

We insist that every family which has, in the past, suffered similar tragedy, be helped. By all means possible.

We insist that the judicial process is speedy so that those who are found to be responsible get their just desserts. It is simply not acceptable that, as in the court case related to the collapse in St Paul’s Bay, the families of the two women who were killed remains burried in legal rubble.

We insist that the state calls for a day of national mourning as a signal to the family and society that it is determined to change the situation.

We Deserve Better

Enough is Enough

(This is not an appeal for funds and no money should be donated on this petition)

 

Victory

This petition made change with 5,770 supporters!

Share this petition

Share this petition in person or use the QR code for your own material.Download QR Code

Decision Makers

  • Maltese Citizens